Dalgħodu, mijiet ta’ persuni kienu preżenti fi protesta li saret kontra l-vaċċin tal-Covid-19.
Kelliem għall-pulizija qal lil Television Malta li ma kienx hemm approvazzjoni biex issir din il-protesta u li għaddejjin investigazzjonijiet biex jiġu identifikati persuni li kisru r-regolamenti marbutin mal-Covid-19. Kif jidher tajjeb mill-filmati u r-ritratti li ntwerew, kien hemm numru kbir ta’ nies li kienu mingħajr maskra.
Bosta qegħdin jistaqsu għaliex ma ttieħdetx azzjoni minn qabel mill-awtoritajiet meta kien ilu magħruf li kellha ssir din il-protesta.
Ikkumenta
