⭐💪 Din il-ġimgħa se naħdmu fuq l-eżerċizzju ideali tal-plank! Dan huwa verament importanti għax is-saħħa kollha tal-ġisem tiegħek tibda fil-core tiegħek … u l-plank huwa wieħed mill-aħjar eżerċizzji biex issaħħaħ il-muskoli kollha tal-core tiegħek!
🚶♂️🏌️♂️Meta jkollok core b’saħħtu, tista’ żżomm pożizzjoni spinali sew fi kważi kull ħaġa oħra li tagħmel, kemm jekk tkun qed taħdem, timxi, tilgħab ma’ wliedek, u anke bħalissa waqt qed taqra dan l-artiklu qasir.

🤜🤛 Dawn huma xi benefiċċji oħra:
🙌 Tibni l-istabbiltà tal-core (importanti biex tevita korriment) u ttejjeb il-qagħda tiegħek.
🙌 Ittejjeb il-bilanċ tiegħek.
🙌 Tkun qed tagħmel eżerċizzju għallparti ta’ fuq ta’ ġismek ukoll.
🎉🎉 Se nesperimentaw b’ħafna varjazzjonijiet ta’ plank biex ikunu aktar divertenti.
⚡Li għandek tagħmel huwa dan: Aqsam il-planks tiegħek f’settijiet kemm għandek bżonn sabiex tilħaq il-ħin irrakkomandat kuljum b’sistema tajba. Ftakar ukoll biex tieħu nifs fil-fond!
⏱It-Tnejn: Straight Arm Planks (għal 60 sekonda)
⏱ It-Tlieta: Spiderman Plank (iġbed l-irkoppa lejn il-minkeb tal-istess naħa tiegħek, għal 90 sekonda)
⏱L-Erbgħa: Side Planks (għal 2 minuti b’kollox – nofs fuq kull naħa)
⏱Il-Ħamis: Straight Arm Plank (għal 2:30 minuta)
⏱Il-Ġimgħa: Spiderman Plank (għal 3 mminuti
⏱Is-Sibt: Side Planks (għal 3:30 minuti)
⏱ Il-Ħadd: Il-planks KOLLHA! (għal 4 minuti)
🔎 Dan huwa artiklu mill-aqwa biex tkun tista’ tivverifika li qed tuża l-formola tal-plank korretta: How to Do a Plank: Proper Form, Variations, and Common Mistakes (greatist.com)
💪💪💪 Int se tingħaqad magħna? Għidli fil-kummenti hawn taħt!

Kowċ tal-Fitness
Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport