“Min verament qatel lil Daphne Caruana Galizia? Ir-risposta nsibha f’din l-istorja.” – Peppi Azzopardi

Fil-filmat li ttella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank, Peppi tkellem dwar storja li ħarġet mix-xhieda ta’ Melvin Theuma waqt il-każ, kif qal tajjeb Peppi, tal-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia, li issa hija kkonfermata minn Vince Muscat, il-Koħħu.

Peppi qal li l-fatt li dakinhar stess tar-riżultat tal-elezzjoni, ingħatat l-ordni lil Melvin Theuma biex imexxi f’dak li kien ippjanat, juri ċar u tond li dawn in-nies kienu jħossu li jistgħu jagħmlu li jridu għax kienu jafu li dawk li suppost kienu għassa ta’ xulxin, kienu konfoffa flimkien. Żied jgħid li allura dawn ħassewhom li jistgħu jagħmlu li jridu għax kienu jafu li se jkun hemm min jgħattilhom.

Żied jgħid ukoll li dan ġara biss wara r-riżultat tal-elezzjoni għaliex sakemm kien hemm il-possibbiltà li Dr Simon Busuttil ikun fil-gvern, ma setgħux iwettqu dak li kien ippjanat.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks