Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):

Kilo ċanga maqtugħ f’biċċiet ‘bitesized’

Żewġt imgħaref dqiq

Mgħarfa butir

Basla kbira imqatta’

Żewġ sinniet tewm, imqattgħin

200g bejken, imqatta’

4 patatiet kbar bil-qoxra, maħsula u maqtugħa f’erba’ biċċiet kbar

Żewġ karrotti mqattgħin

250g faqqiegħ, imqatta’

Bott birra mill-iskura

Żewġ dadi tal-istokk taċ-ċanga maħlula f’700ml misħun

Kuċċarina Worcestershire sauce

Żewġt imgħaref pejst tat-tadam

Nofs kuċċarina zokkor

Nofs kuċċarina melħ

Kuċċarina bżar

Kuċċarina salvja niexef

Kuċċarina paprika

Metodu:

  • Ibda billi fi skutella kbira tħallat id-dqiq, il-melħ, il-bżar, is-salvja u l-paprika.
  • Ixħet il-biċċiet taċ-ċanga fl-iskutella u ħallat sew biex il-laħam jinkesa bil-ħwawar u d-dqiq.
  • Saħħan il-butir f’taġen fond. Żid il-laħam u fuq nar għoli aqlih waqt li tħawwad għal madwar 4 minuti.
  • Neħħi l-laħam min ġot-taġen u għalissa warrbu.
  • Fl-istess taġen li qlejt fih il-laħam, issa żid il-bejken, il-basal u t-tewm. Baxxi ftit in-nar u kompli aqli sakemm il-basal ikun beda jirtab.
  • Issa żid il-birra, il-worcestershire sauce, l-istokk taċ-ċanga li tkun preparajt, il-pejst tat-tadam u z-zokkor.
  • Ħawwad sewwa u ħallih fuq in-nar sakemm jiftaħ jagħli.
  • Baxxi n-nar u żid il-biċċiet taċ-ċanga, il-karrotti, il-patata u l-faqqiegħ.
  • Għatti u ħallih itektek fuq nar baxx għal madwar siegħa. Bejn wieħed u ieħor tih taħwida kull 10 minuti.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks