Select Page

Minkejja l-bosta benefiċċji li toffri, anki t-teknoloġija tista’ tkun sikkina taqta’ minn żewġ naħat. B’hekk, it-teknoloġija għandna nużawha b’moderazzjoni, biex fost l-oħrajn ma nagħmlux ħsara lil għajnejna.

Spiss, forsi bla ma nafu, meta nużaw tagħmir teknoloġiku bħal mowbajls, tablets, televixins u kompjuters, niġu esposti għal dawl blu li joħroġ minnu. Dawl, li ma jagħmilx tajjeb lill-vista.

Dawn huma ftit pariri biex tevita li l-iskrin ikun ta’ ħsara għal għajnejk:

  • It-tipa u l-livell tal-kuntrast tal-iskrin għandhom jinżammu għoljin biżżejjed b’tali mod li ma tbatix biex tħares lejn l-iscreen.

  • It-temperatura tal-kulur għandha tinżamm baxxa biex id-dawl blu tal-iskrin jagħti anqas.

  • Serraħ għajnejk mill-iskrin kull 20 minuta. Għal kull 20 minuta li tqatta’ quddiem screen, serraħ għajnejk għal 20 sekonda, u f’dak il-ħin ipprova ffoka ħarstek fuq oġġett li jinsab 20 pied ‘il bogħod.

  • Żomm tul ta’ driegħ bejn għajnejk u l-iscreen.

  • Jeżistu filters għad-dawl blu li possibbilment jistgħu jnaqqsu t-toqol fuq l-għajnejn, speċjalment jekk tuża tagħmir teknoloġiku fuq il-post tax-xogħol b’mod kontinwu.

Għalkemm, l-Istitut tas-Saħħa Amerikan ma sab ebda riċerka li b’mod konkret issostni li ħsara permanenti fuq ir-retina tista’ tiġi evitata bihom.


Jeżistu wkoll lubrikanti artifiċjali li jistgħu jgħinu biex ma żżommx għajnejk xotti, kif ukoll, jekk għandek nuċċali, importanti li tagħmel test tal-vista b’mod regolari.

Jekk tixtieq issegwi l-blog tiegħi tista’ tagħmel dan billi tagħmel ‘like’ fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× | Facebook

Jekk għandek xi mistoqsijiet li trid tistaqsi jew xi suġġett li tixtieq li nitkellmu dwaru ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks