Minħabba l-mewġa qawwija ta’ sħana li qed taħkem lill-gżejjer Maltin bħalissa, l-Enemalta ħabbret li se tipposponi l-iskeda ta’ xogħlijiet regolari ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tagħha, ħlief għal xogħlijiet essenzjali.

Fl-istqarrija l-Enemalta qalet li dan qed isir biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku. L-iskeda ta’ manutenzjoni ġiet aġġornata u se tkompli tiġi aġġornata minn ħin għall-ieħor fuq is-sit elettroniku tal-Enemalta: Planned power cuts – Enemalta

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks