Mhijiex faċli biex wieħed jikkumbatti ma’ temperaturi għoljin bħal dawn li qed nesperjenzaw f’dawn l-aħħar ġranet għalhekk huwa importanti li nkunu nafu x’għandna nagħmlu u x’għandna nevitaw fi ġranet bħal dawn.
Hawn taħt għandek issib ftit struzzjonijiet mill-aktar importanti li jistgħu jgħinuk..
- Ixrob ħafna ilma, anki jekk ma tkunx bil-għatx. Ħafna sħana ġġiegħel lil ġismek joħroġ ammont ta’ għaraq, u huwa vitali li terġa’ ġġib il-fluwidi mitlufa. Ħalli flixkun ilma ħdejk matul il-ġurnata tiegħek biex tevita deidrazzjoni.
- Qatt m’għandek tħalli lit-tfal jew lill-annimali domestiċi waħedhom f’vetturi sħan, lanqas għal sekonda. Żomm l-annimali domestiċi tiegħek ġewwa u kun żgur li jkollhom aċċess għal spazju frisk u ħafna ilma.
- Jekk possibbli, evita milli toħroġ fl-aktar parti sħuna tal-ġurnata (bejn wieħed u ieħor mill-10 ta’ filgħodu sal-4 ta’ wara nofsinhar) u illimita l-ħin barra fix-xemx. Evita attività ta’ barra li fiha tkun se taħli ħafna enerġija.
- Meta tkun barra, kun żgur li kemm jista’ jkun ma toqgħodx f’xemx diretta. Ilbes kappell jew saħansitra uża umbrella. Importanti li tapplika wkoll is-sunscreen spiss.
- Issettja l-air conditioners tiegħek għal temperatura aktar baxxa u uża purtieri jew blinds biex ma jidħolx dawl tax-xemx dirett. Jekk l-air conditioner ma jkunx disponibbli, oqgħod kemm jista’ jkun f’żona ventilata tajjeb bil-fannijiet. Żomm il-bonds magħluqa. Tista’ wkoll tpoġġi trej jew dixx bis-silġ quddiem fan, dan jgħin biex tkessaħ il-kamra tiegħek aktar malajr.
- Tixrobx alkoħol, soda biz-zokkor, kafè, energy drinks, jew xorb ieħor bil-kaffeina, għax jiddeidrawk! Dik hija l-aktar ħaġa li m’għandekx bżonn waqt heatwave!
- Kul ikliet żgħar u aktar spiss. Kul ikel b’nutrijenti u wkoll ikel b’kontenut ogħla ta’ ilma bħal frott u ħaxix.
- Ilbes ħwejjeġ ħfief, laxki, arjużi, ta’ kulur ċar u kappell magħmul minn materjal breathable. Ħwejjeġ issikkati iżidu aktar sħana.
- Jekk tħoss it-temperatura ta’ ġismek sħuna żżejjed, iffriskaha b’ċraret imxarrbin fuq il-polz u għonqok jew ħu banju jew doċċa friska. Ġorr miegħek sprej tal-ilma frisk jew cooling facial miat, u itfa’ ilma frisk fuq il-punti tal-pressjoni tiegħek biex tbaxxi t-temperatura ta’ ġismek.
- Ħu ħsieb li tiċċekkja fuq il-familja u l-ħbieb li huma anzjani jew aktar suxxettibbli, speċjalment jekk ma jkollhomx A/C. Jekk xi ħadd li taf jew int stess qed tesperjenza xi sintomi relatati mas-saħħa bħal taħbit tal-qalb mgħaġġel, sturdament, ħass ħażin, uġigħ ta’ ras, bugħawwieġ fil-muskoli, rimettar u dijarea, ċempel lit-tabib tiegħek.
Ikkumenta
