Select Page

Permezz ta’ filmat li tella’ fuq il-paġna tiegħu, il-Prof. Andrew Azzopardi, b’ton emozzjonali, irrakkonta storja ta’ persuna li riċentament neħħiet ħajjitha b’idejha ġewwa l-ħabs.

Fl-aħħar tal-filmat, il-Prof. Andrew Azzopardi kompla jisħaq li kieku din il-persuna ngħatat iċ-ċans biex tagħmel il-programm minflok intbgħatet il-ħabs, ma kinitx tirrikorri għal dik l-għażla.

Ħeġġeġ ukoll lil min għaddej minn sitwazzjoni simili biex ma jaqtax qalbu u jfittex l-għajnuna billi jċempel fuq 179 jew lil Richmond fuq 21669150 u n-numru tal-emerġenza 24/7 – 1770 jew olli.chat

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks