🎱🏓🛷 Din il-ġimgħa għandna sfida pjaċevoli għaliex se tinvolvi li tagħmel xi ħaġa ta’ pjaċir!
L-isfida tiegħek hi li tagħżel attività divertenti li jew, qatt m’għamilt jew ma tantx għamilt… u agħmilha!
🎳 ⛳ Din tista’ tkun li tmur bowling, tennis, tilgħab badminton, forsi squash jew golf?
…🏐🌄🎾Rollerblading, volleyball, tmur xi hike, kayaking, għawm; jew bażikament tagħmel attività li tkun, imma li ġġiegħlek tiċċaqlaq u mhux bilqiegħda fuq is-sufan!
🏒 Li tagħmel xi ħaġa ġdida jew differenti huwa mod tajjeb ħafna biex iddawwal ftit i-rutina u l-ħajja tiegħek.
😍🤩 Tista’ tagħtik perspettiva ġdida mhux biss dwar ir-rutina tas-saħħa u l-benessri tiegħek, iżda wkoll fuq ħajtek.
💃 Kultant tant nistgħu nkunu serji wisq jew niddejqu dwar dak li nagħmlu għal saħħitna li ninsew għaliex qed nagħmluh.
Ninsew li dan qed nagħmluh biex ingawdu ħajja aktar rikka, u vitali! Li jkollna ġisem, moħħ u ruħ fi stat tajjeb tant li nkunu kapaċi ngawdu l-ħajja bl-aħjar mod possibbli.
✨ Forsi minflok tippjana l-ikel għal din il-ġimgħa, tippjana attività divertenti?!
🤸♂️ Se tkun qed tingħaqad magħna? X’inhi l-attività li se tagħżel li tagħmel? Għidilna hawn taħt! ⤵️⤵️⤵️

Kowċ tal-Fitness
Xjentist tal-Eżerċizzju u l-Isport