Il-Perit Dom Mintoff twieled ġewwa Bormla fis-6 t’Awwissu tal-1916 u miet fl-20 t’Awwissu tal-2012.
Huwa kien politiku soċjalista Malti, perit, rivoluzzjonarju anti-kolonjalista, u inġinier ċivili. Kien ukoll mexxej tal-Partit Laburista mill-1949 sal-1984, u kien it-tmien Prim Ministru ta’ Malta mill-1955 sal-1958, meta Malta kienet għadha kolonja Ingliża, u għal darb’oħra, wara l-indipendenza, mill-1971 sal-1984.
Dalgħodu, Il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista sellem lill-Perit Duminku Mintoff, fejn iddeskrivih bħala ġgant tal-politika Maltija u l-istorja ta’ pajjiżna.
Ikkumenta
