Select Page

Fost ħafna proġetti mużikali, Lyndsay Pace bħalissa qed tiffoka fuq id-debutt tal-ewwel album tagħha Dopamine li huwa mistenni li joħroġ is-sena d-dieħla.

Lyndsay għadha kif nediet it-tielet kanzunetta mir-repertorju tagħha bl-isem ta’ Sick of Me, produzzjoni u lirika ta’ Michael James Down, Will Taylor u Charlotte Churchman b’kolaborazzjoni ma’ Highkey Music, flimkien ma’ vidjow mużikali bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Malcolm Camilleri u maħdum minn TechNoir Media.

Il-kanzunetta Sick of Me tittratta dwar il-qawwa tal-mara li jirnexxilha tqum u tiġġieled għad-drittijiet tagħha f’relazzjoni abbużiva.


L-album sħiħ se jkun disponibbli għall-bejgħ fuq il-pjattaformi diġitali kollha u dawn il-kanzunetti qegħdin ukoll jindaqqu fuq l-istazzjonijiet ewlenin tar-radju, lokali kif ukoll internazzjonali.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks