Permezz ta’ filmat li xxandar ilbieraħ, Enzo Gusman, li proprju għada jagħlaq 74 sena, mis-sodda tiegħu sellem lill-Maltin u l-Għawdxin kollha u rringrazzja lill-familja tiegħu u lil dawk kollha li dejjem kienu warajh fil-karriera mużikali tiegħu.
Il-kumitat tal-Għanja tal-poplu ta’ rikonoxximent lil Enzo Gusman għas-snin twal li ppreżenta, ipparteċipa u saħansitra rebaħ ħames darbiet il-konkors tal-Għanja tal-Poplu.
Minkejja li bħalissa Enzo għadu qed jirkupra mill-inċident li kellu bħal dan iż-żmien sena u li minħabba fih kellu jiffaċċja konsegwenzi serji, Enzo ma jaqta’ qalbu qatt
Ikkumenta
