Għandek bżonn (għal żewg porzjonijiet):

4 kustilji tal-ħaruf

Għall-imarinar:

Żewġ sinniet tewm, imqatta’ irqaq ħafna

Mgħarfa sagħtar frisk, imqatta’

Mgħarfa ħabaq frisk, imqatta’

Mgħarfa tursin frisk, imqatta’

Tablespoon klin frisk, imqatta’

Mgħarfa żejt taż-żebbuġa

Kuċċarina melħ

Kuċċarina bżar

Metodu:

  • Ħallat l-ingredjenti kollha tal-immarinar fi skutella.
  • Irranġa l-ħaruf fuq dixx tal-ħami u għorok it-taħlita tal-immarinar kollha fuqhom.
  • Għatti d-dixx sewwa bit-tinfoil.
  • Poġġi fil-friġġ għal mill-inqas 30 minuta.
  • Imbagħad aħmi ġo forn jaħraq għal siegħa. Neħħi t-tinfoil għall-aħħar 15-il minuta.

Kontorn bil ħaxix (għal żewġ porzjonijiet):

Żewġ slices ħoxnin mimn brungiela

Żewġ slices ħoxnin minn tadama kbira

Żewġ slices ħoxnin bżar aħdar jew tal-kulur

Basla ħadra maqsuma min-nofs

Biċċtejn minn karotta

Ftit ġobon maħkuk

Melħ skont il-gost tieghek

Metodu:

  • Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
  • Saħħan il-forn għal 10 minuti.
  • Iksi pjanċa tal forn b’kartaforno.
  • Irranġa l-ħaxix kollu fuq il-kartaforno.
  • Roxxhom bi ftit melħ u żejt taż-żebbuġa.
  • Aħmihom f’forn sħun għal 10 minuti.
  • Issa rranġahom fuq xulxin fuq żewġ platti u roxx ftit ġobon maħkuk fil-wiċċ.

Patata maxx fil-forn (għal żewġ porżjonijiet):

4 patatiet imqaxxra, maqtugħa cubes

Kuċċarina bżar

100ml ħalib

Mgħarfa butir

Bajda mħabbta

Ftit tursin frisk

Metodu:

  • Għalli l-patata f’ilma bi ftit melħ.
  • Kif issir sew, saffiha u erġa’ itfagħha fil-kazzola jew skutella.
  • Żid il-butir u għaffiġha ftit. Żid il-ħalib u kompli għaffiġha sew.
  • Issa żid il-bżar, il-bajda u t-tursin u ħallat kollox sewwa.
  • Irranġa l-patata mash f’reċipjenti tal-forn u aħmiha għal madwar kwarta jew sakemm il-wiċċ jieħu ftit kulur.

Gravy bil basal:

Għandek bżonn: (biex ikollok bejn wieħed u ieħor xi 150ml gravy maqgħud):

Kuċċarina żejt taż-żebbuġa

Basla mqatta’ rqiqa

Dada taċ-ċanga mdewba f’300ml misħun biex tagħmel stokk

Kuċċarina garlic powder

Mgħarfa Worcestershire sauce

Żewġt imgħaref cornflour imdewbin ma 75ml ilma

*nota: Jekk ma tixtieqx li l-gravy ikun daqsekk magħqud tista żżid ftit aktar ilma skont il-gosti tiegħek.

Metodu:

  • Ġo kazzola, saħħan iż-żejt u qalli l-basla sakemm tirtab u tibda tieħu kulur kannella.
  • Itfa’ l-istokk taċ-ċanga, il-garlic powder u l-worcestershire sauce.
  • Ħabbathom b’whisk tal-ħadid, u ħallihom fuq in-nar sakemm il-gravy ikun ħa jiftaħ jagħli (ħawwad spiss).
  • Kif ikun qed jagħli żid it-taħlita tal-cornflour u ilma u erġa’ ħawwad sew bil-whisk biex ma jibqalekx biċċiet.
  • Neħħi minn fuq in-nar u servi.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks