Select Page

Nhar it-Tnejn, l-allegat vittma ta’ reat sesswali minn Jeffrey Epstein, Virginia Roberts Giuffre, fetħet kawża kontra l-Prinċep Andrew, fejn akkużatu li abbużaha sesswalment meta kienet f’età taħt it-18-il sena.

Din il-kawża tressqet mill-avukati ta’ Virginia Giuffre fil-qorti federali ta’ Manhattan, fejn Epstein ġie akkużat kriminalment bi traffikar tas-sess xahar qabel ma neħħa ħajtu b’idejh fl-età ta’ 66 sena f’Awwissu tal-2019.

Din ma kinitx l-ewwel darba li Giuffre għamlet dawn l-alegazzjonijiet fil-konfront ta’ Epstein, is-sieħba tiegħu Ghislane Maxwell u l-Prinċep Andrew iżda hija l-ewwel darba li fetaħ kawża direttament lill-Prinċep Andrew.

Skont il-kawża li nfetħet nhar it-Tnejn, Giuffre qed tallega li l-Prinċep abbuża minnha f’diversi okkażjonijiet meta kienet taħt it-18-il sena. Il-kawża tallega li kienet tiġi sfurzata, anki b’theddid, minn Epstein, Maxwell u l-Prinċep Andrew nnifsu f’atti sesswali mal-Prinċep.

Giuffre qalet li qed iżżomm lill-Prinċep Philip responsabbli għal dak li għamel magħha għaliex in-nies ta’ poter u s-sinjuri mhumiex eżentati milli jinżammu responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom. Żiedet tgħid li tispera li vittmi oħra jaraw li huwa possibbli li ma tgħixx fis-silenzju u l-biża’, u li wieħed jista’ jirkupra ħajtu lura billi jitkellem u jitlob ġustizzja.

Min-naħa tiegħu, s’issa, Il-Prinċep Andrew dejjem ċaħad l-akkużi, u jisħaq li saħansitra qatt ma kien hemm kuntatt sesswali bejniethom.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks