Select Page

Il-kumpanija Mattel qed tiċċelebra u tonora lir-Re tar-Rock and Roll, Elvis Presley b’pupa ġdida fil-kollezzjoni ta’ Barbie.

Il-pupa hija liebsa l-jumpsuit tal-“American Eagle” ta’ Elvis Presley li fiha rhinestones ikkuluriti, kappa u xalpa ħamra. Din il-jumpsuit, Presley, libisha waqt bosta kunċerti.

L-ewwel kanzunetta ta’ Elvis, Heartbreak Hotel, ġiet imnedija fl-1956 u saret l-ewwel single ta’ Elvis li biegħ ‘il fuq minn miljun kopja, segwita mill-ewwel album tiegħu, Elvis Presley, li mar fl-ewwel post fuq il-pop album chart ta’ Billboard.

Fl-1973, Elvis għamel l-istorja tat-televiżjoni u d-divertiment b’Elvis Aloha from Hawaii permezz tas-satellita. Kienet l-ewwel xandira diretta bis-satellita ta’ kunċert, li deher f’madwar 40 pajjiż madwar id-dinja.

Presley miet fis-16 t’Awwissu tal-1977 fid-dar tiegħu ta’ Graceland f”Memphis, Tennessee.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks