Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):

500g għaġin cellentani – mgħolli al dente

200g pancetta, imqatta’ dadi

Żewġ tadamiet kbar, imqatta’ dadi

200ml krema friska

Vażett ta’ 190ml pesto tal-ħabaq

Mgħarfa butir

100ml inbid abjad

100ml ħalib

Basla kbira mqatta’ rqiqa

Żewġ sinniet tewm imqatta’ rqiq

Kuċċarina hot paprika

Kuċċarina ħwawar imħallta

Kuċċarina tursin

Bott żgħir faqqiegħ imqatta’, jew 4 faqqiegħ kbar friski

Niskata melħ u bżar

50g ġobon maħkuk

Metodu:

  • Ara li tkun lestejt u warrabt l-għagin mgħolli u mlaħlaħ taħt ilma kiesaħ.
  • Dewweb il-butir ġo taġen fond. Żid il-basla u t-tewm u qalli għal madwar 5 minuti sakemm il-basla tirtab.
  • Żid il-faqqiegħ, il-pancetta, l-ilma, l-inbid, il-ħwawar imħallta, il-hot paprika, il-melħ u l-bżar.
  • Ħawwad sew u ħallih itektek fuq nar baxx għal 10 minuti, ħawwad spiss.
  • Issa żid il-ħalib, il-pesto u l-krema friska. Ħawwad sew fuq nar baxx, sakemm tara li ma baqalekx biċċiet u z-zalza tieħu konsistenza ta’ krema ftit magħquda.
  • Ħallih itektek għal 5 minuti, u mbagħad żid l-għaġin, il-ġobon maħkuk u t-tursin.
  • Ibqa’ ħawwad sew fuq nar baxx għal ftit minuti sakemm tara li l-għaġin saħan u nkesa biz zalza.
  • Neħħih minn fuq in-nar u servi mill-ewwel.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks