Select Page

B’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt tal-priġunier li tmint ijiem ilu pprova jagħmel suwiċidju, fuq il-midja soċjali, il-Prof. Andrew Azzopardi għal darb’oħra qal li d-direttur tal-ħabs, il-grupp ta’ madwaru u l-Ministru Byron Camilleri għandhom jirreżenjaw issa.

Żied jgħid ukoll li l-ħajja ta’ priġunier ma tiswiex inqas minn ta’ ħaddieħor u li l-entità li suppost tagħti kura u terapija, naqset milli tagħmel dan diversi drabi.

Filwaqt li fakkar li din hija t-13-il mewta li seħħet f’sitwazzjonijiet simili, kompla jisħaq li min imexxi m’għadux aktar postu hemm.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks