Select Page

Riċentament, fil-midja reġgħet tfaċċat l-istorja ta’ mara li żżewġet lill-akbar ħabib ta’ binha wara li saret tħobbu meta kellu 16-il sena.

Marilyn Buttigieg, mara Ingliża ta’ 60 sena, iltaqgħet ma’ dak li llum huwa r-raġel tagħha, William Smith, ta’ 31 sena, meta t-tifel tagħha ġabu d-dar wara l-iskola f’Ġunju tal-2006, u żżewġu inqas minn tliet snin wara.

Minkejja d-29 sena differenza fl-età, il-koppja jinsabu kuntenti flimkien jinħabbu ħafna, u ftit jiem ilu ċċelebraw it-12-il sena anniversarju taż-żwieġ tagħhom.

Ir-relazzjoni tagħhom bdiet meta William kien imur jgħin lil Marilyn fid-dar minħabba li kienet issofri minn Enċefalomjelita Mijalġika, li hija marda fit-tul li tikkawża għeja kbira u uġigħ fil-muskoli fost sintomi oħra.

Mill-ħbiberija tagħhom eventwalment nibtet xi ħaġa romantika, imma għall-ewwel it-tnejn li huma kienu eżitanti li jkunu f’relazzjoni.

L-imħabba tagħhom wasslithom biex jitilfu ħafna mill-ħbieb u l-familja tagħhom, iżda minkejja dan, jgħidu li kieku jerġgħu jmorru lura, jerġgħu jieħdu l-istess deċiżjonijiet.

Marilyn, li għandha negozju tat-tindif, u William, produttur tal-films, qalu li matul is-snin sofrew minn ħafna mibgħeda u ġew iġġudikati. Marilyn, saħansitra, li hi omm ta’ sebat itfal, qalet li wieħed biss mit-tfal tagħha aċċetta din ir-relazzjoni, filwaqt li William ukoll tilef il-kuntatt minn mall-familja tiegħu.

Fi Frar tal-2009 William ippropona lil Marilyn, u l-koppja żżewġu ftit wara.

Minkejja li ġew iġġudikati tant li tilfu l-familji tagħhom u anke ġie affettwat ix-xogħol tagħhom ħafna drabi, illum il-ġurnata m’għadhomx jagħtu każ x’jaħsbu n-nies dwarhom la darba huma jinħabbu u kuntenti bir-relazzjoni tagħhom.

Bħalissa l-koppja qed tiġbor il-flus biex jagħmlu film dwar l-istorja tagħhom bl-għan li permezz tal-istorja tagħhom jibdlu l-ġudizzju dwar relazzjonijiet bejn persuni b’differenza fl-età.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks