It-terapija sesswali hija t-trattament terapewtiku ta’ diffikultajiet sesswali li individwu jew koppja jista’ jkollhom. Dan ifisser li individwu jew koppja joqogħdu bilqiegħda ma’ terapista u jitkellmu dwar il-problema sesswali, u t-terapista tgħin fid-determinazzjoni tas-sors tal-kwistjoni u kif l-aħjar tittrattaha. Dan isir permezz ta’ xogħol fis-sessjonijiet ta’ terapija sesswali, billi nitkellmu dwar u nifhmu l-kwistjoni, kif ukoll kompiti mogħtija biex individwu jew koppja jagħmlu d-dar.

X’inhuma xi diffikultajiet sesswali li wieħed jista’ jkollu?

  • Erectile Dysfunction | Tesperjenza diffikultà biex tikseb jew iżżomm erezzjoni
  • Premature Ejaculation| Eġakulazzjoni malajr wisq
  • Delayed Ejaculation | Tieħu wisq ħin biex teġakula
  • Orgasmic Disorder | Inabbilità li tikseb orga
  • Hypoactive Sexual Desire | Nuqqas ta’ interess fis-sess
  • Hypersexuality | Bżonnijiet sesswali eċċessivi
  • Vaginismus | L-issikkar tal-muskoli vaġinali, li tagħmel il-penetrazzjoni diffiċli jew impossibbli u tikkawża uġigħ
  • Dyspareunia | Sess bl-uġigħ għan-nisa
  • Performance Anxiety | Ansjetà kkawżata mill-biża’ li m’intix tajjeb fis-sess
  • Fear of Anal Sex | Trid ikollok u tgawdi sess anali imma tesperjenza biża’
  • Non Consummation | L-att sesswali f’relazzjoni intima kommessa ma sseħħx u tikkawża dwejjaq lil persuna waħda jew lit-tnejn

Ir-riċerka turi li disfunzjoni sesswali taffettwa madwar 45.7% tan-nisa u 33.4% tal-irġiel. Kwistjonijiet bħal dawn, u oħrajn, għandhom prevalenza differenti, li jfisser li xi wħud huma aktar komuni minn oħrajn, madankollu kollha kienu realtajiet ta’ diversi nies differenti.

Jekk qed ikollok problema sesswali, m’intix waħdek fil-kwistjoni, u hemm appoġġ kemm psikoloġiku kif ukoll mediku disponibbli biex jgħinek. Jekk tixtieq tindirizza kwistjoni sesswali, kemm jekk waħdek kif ukoll ma’ sieħeb jew sieħba, m’għandekx tibża’ tfittex l- għajnuna ta’ terapista sesswali. Kemm jekk int single jew f’relazzjoni, kemm jekk għandek 20 jew 70 sena, m’hemm l-ebda mistħija li trid li jkollok ħajja sesswali aħjar u aktar pjaċevoli.

Tista’ ssib vidjows dwar dan is-suġġett u suġġetti oħra relatati ma’ problemi sesswali hawn.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks