PROtaGOniesTEA hija wirja tal-arti kkurata minn Mark Mallia u Etienne Farrell, li se tinfetaħ fil-21 t’Awwissu u tibqa’ sejra sal-11 ta’ Settembru. Se tittella’ fiċ-Ċentru għall-Volontarjat, fi Triq San Bartilmew, ir-Rabat u tinkludi varjetà ta’ dixxiplini artistiċi li jinkludu pitturi, skulturi, fotografija, poeżiji, arti diġitali u tpinġija.

Il-wirja qed tittella’ bil-parteċipazzjoni ta’ 14-il artist, uħud minnhom veterani, u oħrajn relattivament ġodda; Fabio Borg, Kevin Sciberras, Peter Seychell, Andrew Zarb, Sylvana Zarb, Sarah Vassallo Ciliberti, Keith Darmanin, Rosanna Ciliberti, Clint Scerri Harkins, Mark Mallia, Rebecca Ranieri, Mauro Pace Parascandolo, Etienne Farrell u Voodoo Venom.

Rebecca Ranieri

Andrew Zarb

Clint Scerri Harkins

Etienne Farrell

Fabio Borg

Keith Darmanin

Kevin Sciberras

Mark Mallia

Mauro Pace Parascandolo

Peter Seychell

Rosanna Ciliberti

Sarah Vassallo Ciliberti

Sylvana Zarb

Voodoo Venom

Il-Fondazzjoni Richmond intagħżlet bħala l-organizzazzjoni volontarja li se tibbenefika minn din il-wirja. Id-dħul għall-wirja huwa mingħajr ħlas, u l-wirja se tkun miftuħa kuljum bejn is-19.00 u d-21.00 ta’ filgħaxija. Fil-ħdud, se tiftaħ ukoll filgħodu, bejn l-10.00 u s-13.00.

Għal aktar tagħrif, żuru l-paġna ta’ Facebook: PROtaGOniesTEA | Facebook

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks