Ma’ kull ġurnata li tgħaddi, l-operazzjoni biex tingħata l-għajnuna ssir dejjem aktar urġenti, hekk kif is-suldati Inglizi qed jippruvaw joħorġu eluf ta’ nies barra mill-Afganistan fi ftit jiem biss.
L-ajruport ta’ Kabul spiċċa f’kaos kbir hekk kif It-Taliban ħatfu f’idejhom l-Afganistan, dan għaliex eluf ta’ nies qegħdin jirriskjaw ħajjithom biex jerħulha lejn l-ajruport u jippruvaw jaħarbu mill-pajjiż.
Wara x-xena xokkanti ta’ persuni jaqgħu minn ajruplan militari, rapporti u filmati oħra juru ommijiet Afgani jwaddbu t-trabi tagħhom minn fuq il-barbed wire biex jagħtuhom lis-suldati Ingliżi bit-tama li jsalvawhom mit-Taliban.
Uffiċjal Ingliż qal li hija sitwazzjoni terribbli anki għas-suldati stess, anki għall-fatt li uħud mit-trabi saħansitra nqabdu fil-barbed wire.
