Select Page

Il-Prof. Andrew Azzopardi u Peppi Azzopardi huma l-aktar żewġ persuni fuq quddiem fost dawk li ilhom żmien twil jisħqu li l-ħabs għandu bżonn riforma, iżda wara li fl-aħħar jiem ġew irrapportati żewġt imwiet ta’ priġunieri li ppruvaw jagħmlu suwiċidju, u anke wara intervista li saret mit-Times of Malta ma’ eks priġunier, iħossu li l-urġenza għal din ir-riforma qegħda dejjem tikber.

Il-Prof. Andrew Azzopardi b’konsultazzjoni ma’ Peppi Azzopardi qed jippreżenta 100 proposta għar-riforma fil-ħabs.

“Il-ħabs ma jibqax isakkrek u jarmi ċ-ċavetta imma jkun iċ-ċavetta biex int timraħ f’orizzonti ġodda kif jixraqlek”

Uħud mill-proposti jinkludu:

  • Ir-reklużjoni (solitary confinement) ssir illegali
  • Jinħoloq Ombudsman għall-ħabs
  • Ikun hemm aktar ħidma ġenwina mal-vittmi
  • Jinbidel il-mod ta’ kif isiru l-viżti, u jiżdiedu
  • L-NGOs li jaħdmu fil-qrib mal-priġunieri għandhom jitħallew jidħlu meta, kif u x’ħin iridu u jitkellmu ma’ min iridu
  • Il-midja tingħata aċċess immedjatament għal kull rokna tal-ħabs
  • Fi żmien sentejn jingħalaq il-ħabs u tinbena faċilità ġdida
  • Jitneħħew l-uniformijiet tal-priġunieri
  • Tiġi investigata l-imġiba tad-direttur u jinħolqu protokolli ta’ personality testing
  • Jitwaqqaf kull mezz u għodda ta’ tortura
  • Issir inkjesta dwar l-ikel li qed jingħata u kif qed jitwassal
  • Jiġu evitati strip searches bla raġuni jew suspett

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks