Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):

4 bananiet

150g dqiq plain

Kuċċarina baking powder

Nofs kuċċarina melħ

150ml ilma

Żejt biex taqli

Metodu:

  • Poġġi 50g mid-dqiq fuq platt ċatt.
  • Fi platt fond ħallat il-100g dqiq, il-baking powder u l-melħ.
  • Żid l-ilma ftit ftit u ħawwad kontinwament b’whisk tal-ħadid sakemm ikollok taħlita lixxa.
  • Sadanittant ibda saħħan iż-żejt f’kazzola jew taġen fond. Irid ikollok biżejjed żejt biex tagħmel ‘deep fry’.
  • Ipprepara l-banana billi tqaxxarha u taqsam kull banana fi tlett biċċiet.
  • Rembel kull biċċa banana fid-dqiq li għandek fil-platt iċ-ċatt, u eżatt wara niżżilha fit-taħlita tad-dqiq u l-ilma. Ara li tkun inksiet kollha sew bit-taħlita.
  • Kompli sakemm tkun ksejt il-biċċiet kollha tal-banana.
  • Kif tara li ż-żejt qed jagħli niżżel bil-mod il-biċċiet tal-banana fih u aqlihom sakemm tara li l-panura intefħet xi ftit u ħadet kulur dehebi.
  • Tella’ l-biċċiet tal-banana miż-żejt u poġġihom fuq karta tal-kċina u għattihom b’karta oħra biex jixorbu kemm jista’ jkun miż-żejt.
  • Servi mill-ewwel mal-ġelat preferut tiegħek.

L-ikla t-tajba!

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks