Select Page

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden huwa mistenni li jiddeċiedi jekk jestendix il-missjoni tal-evakwazzjoni minn wara l-31 t’Awwissu.

Filwaqt li hemm ċerta pressjoni fuq l-Istati Uniti minn diversi pajjiżi biex il-missjoni tiġi estiża, it-Taliban mhux se jaċċetta li dan iseħħ u qed iwissi dwar konsegwenzi jekk id-deċiżjoni tal-President Joe Biden tkun dik li l-missjoni tittawwal aktar.

Skont kelliem tal-Whitehouse, s’issa għadha mhix magħrufa d-deċiżjoni li se tittieħed.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks