Matul il-lejl, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Gordon Bonello ħabbar it-twelid tat-tarbija tiegħu u ta’ Clara Farrugia, Hazel.

Fil-post tiegħu, Gordon bil-mod umoristiku tiegħu kiteb mil-lenti tat-tarbija Hazel.

“Hi, jisimni Hazel.. skużawni li ħallejtkom tistennew. Twelidt illum fis-26, f’nofsillejl u għaxra. Għadni kemm iltqajt ma’ ommi u missieri! Qed jgħannqu lil xulxin, jitbissmu u jbusuni bla waqfien. Ommi vera sabiħa u b’saħħitha ħafna!!! Issa ndunajt li missieri għandu l-mustaċċi!!! Skużawni imma ħa jkolli mmur għax għandi ħafna għatx. U bilħaqq, ħerqana ħafna biex nara lil missieri jbiddilli l-ewwel ħarqa.. Narakom dalwaqt!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks