Nhar il-Ħamis, l-attriċi Emily VanCamp tat sorpriża lill-fans tagħha meta żvelat li hi u r-raġel tagħha Josh Bowman għadu kemm kellhom l-ewwel tarbija tagħhom.

L-istilla ta’ Revenge qasmet din l-aħbar fuq Instagram b’ritratt tal-id żgħira tat-tarbija f’idejha.

Hija qatt ma kkonfermat li kienet tqila minkejja li kien hemm spekulazzjonijiet għal xhur sħaħ waqt li hi u Josh ma kinux qed jidhru waqt il-lockdown tal-Covid-19.

Il-koppja ltaqgħu għall-ewwel darba waqt li kienu qed jaħdmu fuq is-sensiela Revenge, li damet għaddejja mill-2011 sal-2015. Huma bdew joħorġu flimkien ftit wara li ltaqgħu u eventwalment iżżewġu fl-2018.

Iżżewġu proprju eżattament 5 snin wara l-karattri tagħhom fuq l-iskrin, Emily Thorne u Daniel Grayson iżżewġu fis-serje li kisbet tant suċċess

Min segwa Revenge, żgur li jiftakar li l-karattri ta’ Emily Thorne u Daniel Grayson spiċċaw fuq nota vjolenti, kompletament l-oppost tar-relazzjoni li għandhom Emily u Josh.

Minn wara li ntemmet is-sensiela Revenge, il-koppja għadhom ma ħadmux flimkien iżda qalu li jixtiequ li jkollhom l-opportunità li jaħdmu flimkien fil-futur.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks