Id-drummer tal-band Airport Impressions kif ukoll it-tifel tal-atturi Joe Farrugia d-Dulli u Veronica, Steve Farrugia mhuwiex biss mużiċist iżda għandu wkoll il-passjoni għat-tpinġija.

Mhux l-ewwel darba li Steve qasam xi pittura li jkun għamel fuq il-midja soċjali tiegħu, u proprju llum tella’ ritratt tal-aħħar pittura li għamel, dik ta’ Ragnar Lothbrok!

Is-sensiela Vikings ma kisbitx biss popolarità f’diversi pajjiżi barra minn xtutna imma hija popolari wkoll f’pajjiżna.

Jekk int segwejt, jew qed issegwi Vikings, żgur li int familjari ma’ Ragnar Lothbrok u x’aktarx huwa wieħed mill-karattri favoriti tiegħek ukoll!

Ċertament li lkoll naqblu li x-xebħ huwa tant perfett li tistħajlu xi ritratt!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks