Select Page

Aktar kmieni llum fil-paġna ta’ Facebook ta’ The Entertainers ġew żvelati iż-żewġ preżentaturi li se jkunu qed jippreżentaw il-programm fl-iskeda l-ġdida.

Corazón Mizzi u Victorio Gauci se jkunu qed iżommu kumpanija lis-segwaċi tal-programm The Entertainers, kull nhar ta’ Sibt. L-istaġun il-ġdid se jibda minn nhar is-Sibt 2 t’Ottubru fit-20:30 fuq NET Television.

Jumejn ilu, fl-istess paġna, rajna wkoll stqarrija minn Janvil, il-preżentatur ta’ Janvil għal sitt edizzjonijiet ta’ The Entertainers.

L-istqarrija tgħid li ma kinitx deċiżjoni faċli iżda kull bidu għandu t-tmiem u Janvil ħass li wasal iż-żmien li jieħu pawża mit-televiżjoni. Żied jgħid li kien ta’ unur għalih li ppreżenta wieħed mill-iktar programmi segwiti matul il-weekend. Filwaqt li rringrazzja lit-telespettaturi u lil Spiteri Lucas Entertainment tal-opportunità li tawh, huwa awgura lit-tim ta’ The Entertainers għall-istaġun il-ġdid.

Min-naħa tat-tim ta’ The Entertainers, irringrazzjaw lil Janvil tas-servizz li ta’ matul is-snin u awgurawlu għall-kumplament tal-karriera tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks