Għandek bżonn (għal 4 porzjonijiet):
250g ross tat-tip Arborio
Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
200g koxox tat-tiġieġ mingħajr ġilda u mingħajr għadam, imqattgħin f’biċċiet ‘bitesized’
200g Chorizo imqatta’
500ml stokk tat-tiġieġ
50ml inbid abjad
Kuccarina trab taż-żafran
Basla kbira mqatta’ rqiqa
Żewġ sinniet tewm imqattgħin irqaq
Żewġ tadamiet kbar imqaxxrin u imqattgħin f’biċċiet żgħar
Bżaru aħmar minn li jaħraq, imqatta’ rqiq ħafna
Bżaru ħelu tal kulur, imqatta’ rqiq
Nofs kuċċarina ‘sweet paprika’
Kuċċarina meraq tal-lumi
50g piżelli tal-friża
Metodu:
- F’kazzola fonda, ferra l-istokk, l-inbid, u ż-żafran.
- Sajjar fuq nar medju sakemm jiftaħ jagħli. Neħħi minn fuq in-nar, għattih u warbu għal aktar tard.
- F’taġen fond li ma jweħħilx (preferibbilment 9”), Aqli l-chorizo fuq nar baxx għal żewġ minuti.
- Neħħiha mit-taġen u warrabha.
- Fl-istess taġen żid il-biċċiet tat-tiġieġ u aqlihom fuq nar baxx għal madwar 6 minuti jew sakemm jibdew jieħdu ftit kulur. Neħħi mit-taġen u warrabha.
- Issa żid iż-żejt fit-taġen u kif jisħon, żid il-basla u it-tewm. Aqli għal 5 minuti u ħawwad spiss.
- Żid it-tadam, il-bżaru li jaħraq, il-bżaru il-ħelu, il-paprika, u l-meraq tal-lumi.
- Ħawwad u sajjar fuq nar baxx għal 5 minuti.
- Żid it-tiġieġ u l-chorizo u ħawwad.
- Żid ir-ross u ħawwwad. Żid it-taħlita tal-istokk, għolli n-nar u erġa’ ħawwad sewwa. Ħawwad darba biss u terġax tħawwad darb’oħra sakemm it-tisjira kollha tkun lesta.
- Kif taraħ ħa jiftaħ jagħli, baxxi n-nar u ħallih itektek mikxuf għal 20 minuta.
- Terġax tħawwdu fl-ebda ħin!
- Wara 20 minuta, ferrex il-pizelli fil-wiċċ. Għatti t-taġen u ħallih itektek għal 5 minuti.
- Neħħih min fuq in-nar, ikxfu u ħallih joqgħod għal 5 minuti qabel isservi.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi