Preżentatur tat-televiżjoni kien imdawwar minn ġellieda Talibani armati waqt li mexxa intervista ma’ wieħed mill-kmandanti tal-grupp.

Filmat li ħareġ fil-mixja juri lil Mirwais Haidari Haqdoost mit-televiżjoni tal-Afganistan bilqiegħda fuq skrivanija, b’ringiela ta’ suldati Talibani warajh iżommu l-armi tan-nar tagħhom qrib sidirhom u ppuntati lejn l-art

Huwa kien qed jintervista lil wieħed mill-kmandanti tal-grupp, Qari Samiullah għall-programm speċjali.

F’din l-intervista, Samiullah qal lill-Afgani biex ma jinkwetawx u talabhom jibqgħu fil-pajjiż.

It-Talibani, li wettqu eżekuzzjonijiet pubbliċi u pprojbixxew bniet u nisa mill-iskola u mix-xogħol meta kienu fil-poter 20 sena ilu, qalu li se jissalvagwardjaw id-drittijiet u mhux se jagħmlu vendetta.

Aktar kmieni wara li s-suldati Amerikani telqu mill-Afganistan, it-Talibani qalu li l-pajjiż se jkun fil-paċi għall-ewwel darba f’aktar minn 40 sena.

Is-suldati Talibani ċċelebraw it-tluq tas-suldati Amerikani bi sparar fl-ajru, fl-ajruport ta’ Kabul.

L-inkwiet ta’ ħafna Afgani jibqa’ dejjem li jħossu li, bħal ma ġara fil-passat, l-azzjonijiet tat-Talibani, huma ferm differenti minn kliemhom u l-wegħdiet tagħhom.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks