Select Page

Waqt intervista li saret ilbieraħ fuq stazzjon tar-radju Spanjol, il-Papa Franġisku qal li beħsiebu jżur Ċipru, il-Greċja u Malta wara l-vjaġġ tiegħu lejn l-Islovakkja.

Minkejja li għad m’hemmx dati preċiżi kkonfermati mill-kurja, iż-żjara tal-Papa aktarx se tkun f’Novembru li ġej.

L-aħħar żjara papali f’Malta kienet madwar 31 sena ilu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks