Il-jaracussu huwa serp velenuż ħafna u huwa wieħed mill-ikbar sriep fil-Brażil. Jgħix fil-foresta Atlantika kostali u jinstab ukoll fil-Bolivja, il-Paragwaj u l-Arġentina.
Studju qed juri li l-velenu ta’ dan is-serp jista’ jintuża għall-kura kontra l-Covid-19.
Riċerkaturi Brażiljani sabu li l-molekula fil-velenu tas-serp naqqset ir-riproduzzjoni fiċ-ċelloli tax-xadini.
Din l-iskoperta possibilment tista’ tkun l-ewwel pass possibbli lejn il-ħolqien ta’ mediċina biex tiġġieled il-virus li jikkawża l-Covid-19.
Il-coronaviruses huma grupp kbir ta’ viruses li jikkawżaw infezzjonijiet respiratorji. Dawn jistgħu jvarjaw minn riħ komuni għal mard aktar serju.
Il-Covid 19 huwa kkawżat minn forma ġdida tal-virus magħruf bħala SARS-CoV-2.
L-istudju wera li l-molekula prodotta mill-jaracussu, naqqset il-kapaċità tal-marda li timmultiplika b’75%.
Ir-riċerkaturi qalu li dan huwa biss l-ewwel pass fi proċess twil ħafna.
