Select Page

F’konferenza li saret aktar kmieni llum, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar it-Tnejn li ġej se tibda tingħata l-booster lill-anzjani fi djar residenzjali u se jibdew ukoll jintbagħtu l-inviti lil nies b’immunità baxxa.

Aktar tard, mill-ewwel ġimgħa t’Ottubru il-booster se jibda jingħata lill-anzjani kollha ta’ aktar minn 70 sena li jgħixu fil-komunità.

Il-Ministru tas-Saħħa ħabbar ukoll li mit-Tnejn li ġej ukoll se jkunu permessi avvenimenti b’persuni bilwieqfa fuq barra u li għalihom jistgħu jattendu sa 100 ruħ iżda, trid tintlibes il-maskra u jrid ikun hemm spazju ta’ żewġ metri kwadri għal kull persuna.

Mit-13 ta’ Settembru se jkunu jistgħu jsiru wkoll avvenimenti b’100 persuna bilwieqfa fuq ġewwa wkoll, kif ukoll tonqos id-distanza bejn bubble u oħra f’avvenimenti b’100 persuna jew inqas bilqiegħda.

Għalissa mhux se jkunu permessi avvenimenti b’persuni mħalltin, bilqiegħda u bilwieqfa iżda jew kulħadd bilqiegħda jew kulħadd bilwieqfa.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks