Il-kantant Stefan Varga jniedi kanzunetta li ġiet miktuba speċjalment għax-xahar li fih tiġi ċċelebrata l-komunità LGBTIQ+.

Il-kanzunetta li ġġib l-isem ta’ Identity, ġiet miktuba u prodotta fir-Renju Unit minn Stephen Sims filwaqt li l-lirika ġiet miktuba minn Stephen u Stefan innifsu. Din hija l-ewwel kanzunetta mill-album li se joħroġ b’7 kanzunetti b’kollox, li se jġib l-isem ta’ Identity ukoll.

Il-messaġġ ewlieni ta’ Identity huwa għajta biex niġu rispettati u mifhuma, u wkoll bl-għan li jmiss ir-ruħ tan-nies u jisimgħu n-naħa tagħna tal-istorja. L-istorja tal-komunità LGBTIQ+. Identity tirrappreżenta l-kuluri kollha tal-qawsalla.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks