Għandek bżonn (għal dixx ta 9”):
Għall-mili:
Sitt tuffiħat imqaxxrin u imqattgħin fi flieli rqaq
10 imgħaref ilma
Nofs kuċċarina nocemuskata
Nofs kuċċarina cinnamon
Mgħarfa zokkor. (Jekk tipreferi li ma tiġikx ħelwa ħafna, għalli t-tuffieħ mingħajr ma żżid iz-zokkor)
Għall-crumble:
300g dqiq plain
Niskata melħ
175g zokkor ismar
200g butir imqatta’ dadi
Ftit butir biex idellek id-dixx
Metodu:
- Poġġi l-ingredjenti kollha tal-mili ġo kazzola u sajjar fuq nar baxx għal 10 minuti.
- Ixgħel il-forn u ħallih jisħon fuq 180.
- Idlek id-dixx li se tuża bil-butir.
- Sadanittant ġo skutella ħallat id-dqiq, iz-zokkor l-ismar u l-melħ.
- Ħawwadhom sew u mbagħad ibda żid il-butir ftit ftit u ħawwad b’idejk sakemm tkun żidt il-butir kollu u jkollok taħlita tixbaħ lill-frak tal-ħobż.
- Issa saffi it-tuffieħ mill-ilma u rranġa l-biċċiet tat-tuffieħ fil-qiegħ tad-dixx.
- Ferrex it-taħlita tal-crumble fil-wiċċ. Kemm jista’ jkun għatti it-tuffieħ kollu.
- Daħħal id-dixx fil-forn u aħmi għal 45 minuta sakemm il-wiċċ jieħu kulur dehebi.
- Serviha sħuna ma’ ġelat jew custard.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi