Select Page

Aktar kmieni llum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se jsir xi tibdil fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Covid-19.

It-tabella li tiġi ppubblikata kuljum se tiffoka aktar dwar in-numri ta’ pazjenti fl-isptar aktar milli kemm instabu każijiet pożittivi.

Madanakollu, it-tabella xorta se tibqa’ tinkludi informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet ġodda, u dawk ta’ fejqan kif ukoll kemm persuni mietu u l-ammont ta’ tilqim li ngħata.

Bħalissa hemm 29 persuna jingħataw il-kura f’Mater Dei minħabba l-Covid-19 bi 2 minnhom fl-ITU.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks