Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo ddaħħal l-isptar nhar il-Ġimgħa minħabba xi uġigħ li kien qed iħoss.

B’kawża ta’ infezzjoni li ħa qabel ma seta’ jsirlu intervent, nhar is-Sibt, Robert Arrigo ddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptar Mater Dei.

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-familja tiegħu tirringrazzja lil kulħadd tal-ħsibijiet u t-talb, u titlob biex tiġi rispettata l-privatezza f’dan il-mument tant delikat għalihom.

Il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kif ukoll l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, awguraw lid-deputat Robert Arrigo fejqan ta’ malajr.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks