Select Page

Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista ħabbru d-dati tal-ewwel attivitajiet tal-massa tagħhom wara żmien twil, li se jsiru fi żmien l-Indipendenza.

Il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza rally lejlet l-Indipendenza f’Ta’ Qali, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ukoll se jkollu attività f’dik il-ġurnata fejn fiha l-Kap tal-Oppożizzjoni se jagħlaq il-festi tal-Indipendenza b’diskors.

Ħafna qegħdin jassumu li dawn l-attivitajiet se jkunu l-bidu ta’ diversi attivitajiet oħrajn politiċi li jsiru, jekk huwa minnu li l-elezzjoni se ssir f’Novembru li ġej. Madanakollu dan għadu ma ġiex ikkonfermat uffiċjalment.

Uħud qed jilmentaw ukoll dwar il-fatt li dawn se jkunu l-ewwel attivitajiet li se jitħallew isiru minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks