kifint.com huwa proġett ġdid minn Richmond Foundation flimkien ma’ Amigos Malta u Jon Mallia.

F’dan is-sit elettroniku, mhux biss wieħed se jsib informazzjoni u gwidi għal min qed jesperjenza diffikultajiet ta’ saħħa mentali, imma wkoll jgħin lil persuni oħrajn jifhmu aktar u kif jistgħu jgħinu jekk jinnutaw xi sinjali minn persuni ta’ madwarhom.

Il-kunċett ta’ dan is-sit elettroniku idur madwar mistoqsija sempliċi iżda li tant tista’ tagħmel differenza, “kif int?”.

kifint.com tista’ tgħinek issalva l-ħajja ta’ xi ħadd li tħobb.

Richmond Foundation toffri wkoll servizzi disponibbli il-ġurnata kollha, ta’ helpline 1770 u www.olli.chat

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks