Żgur li s-segwaċi ta’ skoperta.net issa huma familjari ma’ Conrad Neil Gatt u l-avventuri interessanti tiegħu li jogħġbu jaqsam magħna.
L-avventura li qed jaqsam magħna llum ħaditu f’dar ġewwa Bormla, li jingħad li ilha teżisti madwar 500 sena!
Partikolarment jekk toqogħdu fil-viċinanzi, żgur li xi darba jew oħra għaddejtu minn quddiemha.
Fil-filmat se naraw l-avventura ta’ Conrad f’din id-dar kif ukoll rakkont ta’ mara li kienet tgħix ġo din l-istess dar madwar 35 sena ilu.
U bilħaqq! Jingħad ukoll li f’din id-dar hemm preżenza ta’ ħares! Int ġieli smajt xi stejjer?
Ikkumenta
