L-influwenzatur Malti Daniel Umanah, li bħalissa flimkien ma’ missieru u oħtu qegħdin in-Niġerja fejn qed jagħmlu xogħol ta’ karità, qed jitlob lill-awtoritajiet tas-saħħa biex oħtu, li tgħix bil-kundizzjoni tad-down syndrome titħalla tagħmel il-kwarantina d-dar minflok f’lukanda.
Huma jirritornaw il-ġimgħa d-dieħla, u peress li n-Niġerja jinsab fil-lista l-ħamra ta’ Malta, skont il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa huma jridu jagħmlu ġimgħatejn kwarantina f’lukanda.
Daniel flimkien mal-familja qed jitolbu li oħtu Rachel, minħabba l-kundizzjoni tad-down syndrome għandha t-tendenza li ssofri minn tantrum li tkun diffiċli li tiġi kkontrollata jekk tkun maqfula ġo kamra li ma tkunx familjari magħha.
B’reazzjoni għad-deċiżjoni li t-tim nazzjonali Malti tal-futbol jitħalla ma jagħmilx kwarantina, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu Daniel qal li hija ridikola wara li lilu qalulu li ma jistgħux isiru eċċezzjonijiet.
