Għandek bżonn:
Brungiela kbira
12-il slajs kbira tadam
12-il slajs mozzarella
Bżar u melħ
Kuċċarina żejt taż-żebbuġa
Kuċċarina riegnu
Metodu:
- Laħlaħ il brunġiela taħt l-ilma u nixxifha sew b’karti tal-kċina.
- Poġġiha fuq platt ċatt u bil-mod aqta’ 6 flieli mit-tul, mingħajr ma tasal sa ħdejn iz-zokk bis-sikkina biex il-brunġiela tibqalek sħiħa.
- Roxx ftit melħ bejn kull felli. M’hemmx għalfejn ħafna melħ.
- Issa poġġi xi oġġett żgħir taħt naħa waħda tal-platt biex joqgħod ftit immejjel. Ħallih hekk għal 5 minuti ħalli jinżel il-likwidu li jkollha l-brunġiela.
- Sadanittant ixgħel il-forn fuq nar medju, u lesti pjanċa tal-forn u iksiha b’karta tal-forn.
- Poġġi l-brunġiela fuq il-pjanċa tal-forn, u bil-mod ibda imla bejn il-flieli. Poġġi żewġ slajsis tadam u żewg slajsis mozzarella bejn kull felli.
- Roxx iż-żejt u r-riegnu fil-wiċċ tal-brungiela u aħmiha fil-forn għal bejn 30 u 40 minuta, sakemm tara f’sikkina li l-brunġiela saret.
- Għal varjazzjoni oħra, tista’ żżid slajs perżut u ftit weraq frisk tal-ħabaq bejn kull felli tal-brunġiela.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi