L-aħbar tajba għas-segwaċi tal-maħbub Keith Demicoli hija li se jkun qed jerġa’ jirritorna fuq it-televiżjoni minn nhar it-3 t’Ottubru, kull nhar ta’ Ħadd fid-9 ta’ filgħodu fuq TVM, bil-programm ġdid, Aħbar Tajba.

Aħbar Tajba, b’produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media u direzzjoni ta’ Paul Jones, se jkun qed jiffoka fuq l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes fil-Ħdud u l-festi. Barra minn hekk, se jkun qed jinkludi wkoll żewġ features li se jeħduna f’ambjenti differenti fejn se ngawdu t-teżori li għandna f’Malta, f’dak li huwa ambjent, knejjes, postijiet ta’ interess u oħrajn.

Keith Demicoli, li se jkun il-preżentatur ta’ dan il-programm, fl-ewwel taqsima se jkun qed jitkellem ma’ mistieden speċjali dwar suġġetti morali.

Fr Louis Mallia MSSP se jkun is-saċerdot li se jitkellem u jispjega l-Evanġelju, xi drabi flimkien ma’ persuni oħrajn li jinteressahom jgħixu l-ħajja fid-dawl tal-Evanġelju.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks