Select Page

Is-serje tant mistennija Ulied il-Lejl, se tibda tixxandar kull nhar ta’ Tnejn, bl-ewwel episodju jixxandar fis-27 ta’ Settembru fit-8:30pm fuq NET TV.

Din is-serje, li minkejja li għadha ma bdiet, qanqlet interess kbir fost il-pubbliku, uħud saħansitra tħajru jaqraw il-kotba, hija bbażata fuq il-kotba Suwed Ulied il-Lejl ta’ Charles Micallef St John b’adattament televiżiv ta’ Charles Stroud, li huwa wkoll id-direttur.

Kull nhar ta’ Tnejn, se nibdew niskopru l-istorja ta’ mħabba ta’ żewġ żgħażagħ, li se teħodna lura f’Malta tas-sena 1860.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks