Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, l-attur Ivan De Battista, tkellem dwar waħda mill-isfidi li sfortunatament tista’ tħalli impatt aktar milli wieħed jista’ jaħseb.
Ivan spjega kif l-użu tal-maskri fil-klassi qed joħloq sfidi għall-edukaturi u l-istudenti. Huwa qal li l-edukazzjoni primarjament hija funzjoni fejn titħaddem il-komunikazzjoni, u allura, bil-maskra, l-edukatur ma jkunx jista’ jwassal il-messaġġ kif mistħoqq.
Żied jgħid li dan iwassal biex diversi studenti li jbatu biex jifhmu, u jifhmu bil-lip reading jiffaċċjaw sfidi li jwassluhom biex ma jaqbdux art ta’ x’qed jipprova jwassal l-edukatur. Qal ukoll li l-maskra toħloq skumdità lill-edukatur li jkollu jispjega bil-maskra ma’ ħalqu għal xi tliet sigħat.
Huwa spiċċa b’din il-mistoqsija…
“Hemm għalfejn l-edukaturi jilbsu l-maskra meta kulħadd fil-klassi jkun liebes biha u t-twieqi u l-bibien ikunu miftuħin?”
Int x’taħseb dwar dan?
