Select Page

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li minn nhar il-Ġimgħa dawk kollha li se jkunu ġejjin minn pajjiżi ħomor skuri, u li jkunu mlaqqmin, għandhom ċertifikat u huma residenti f’Malta, jistgħu jagħmlu kwarantina fid-dar tagħhom minflok f’lukanda.

Madankollu, dan jgħodd biss jekk min jgħix magħhom fid-dar huwa wkoll imlaqqam, u jekk m’hemmx ħafna nies oħra fl-istess dar. Tfal taħt it-tnax-il sena huma wkoll inklużi u kull ma jridu PCR test negattiv.

Huwa żied jgħid li xorta huwa mħeġġeġ li jikseb permess qabel jivvjaġġa lejn il-pajjiżi ħomor skuri.

Ħabbar ukoll li se jkun hemm tnaqqis fil-miżuri restrittivi għal dawk l-istabbilimenti li esprimew ix-xewqa li jilqgħu biss klijenti li huma kompletament imlaqqmin, fosthom inqas distanza bejn l-imwejjed u ħin itwal.

Id-dettalji dwar dan se jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks