Il-Knisja Evanġelika Luterana fl-Amerika ħatret l-ewwel isqof transġeneru tagħha f’servizz li sar fil-katidral San Francisco’s Grace, nhar is-Sibt 11 ta’ Settembru.
Ir-Rev. Megan Rohrer se jmexxi wieħed mill-65 sinodi tal-knisja, josservelja kważi 200 kongregazzjoni fit-tramuntana ta’ Kalifornja u fit-tramuntana ta’ Nevada.
Rohrer ġie elett f’Mejju biex iservi mandat ta’ sitt snin bħala isqof tas-Sierra Pacific Synod wara li l-isqof attwali tiegħu ħabbar l-irtirar tiegħu.
Huwa qal li daħal f’dan ir-rwol minħabba li komunità diversa ta’ Luterani fit-tramuntana ta’ Kalifornja u Nevada vvutaw bit-talb u bil-ħsieb li jagħmlu xi ħaġa storika.
Rohrer li juża l-pronom “huma”, qabel kien iservi bħala pastor tal-knisja Luterana Grace f’San Francisco u bħala kappillan koordinatur għad-dipartiment tal-pulizija tal-belt, u kien jgħin ukoll lill-komunità LGBTQ tal-belt li jispiċċaw bla dar.
Studja r-reliġjon fl-università ta’ Augusta f’belt twelidu, Sioux Falls, South Dakota, qabel ma mar Kalifornja biex jikseb l-lawrja ta’ masters u dottorat fl-iskola tar-reliġjon tal-Paċifiku f’Berkeley.
Rohrer sar wieħed mis-seba’ pastors LGBTQ aċċettati mill-knisja Evanġelika Luterana progressiva fl-2010 wara li ppermettiet l-ordinazzjoni ta’ pastors f’relazzjonijiet tal-istess sess. Rohrer huwa fil-fatt miżżewweġ u għandu żewġt itfal.
il-knisja hija waħda mill-ikbar denominazzjonijiet Kristjana fl-Istati Uniti b’madwar 3.3 miljun membru.
