Select Page

Il-qtil tradizzjonali annwali ta’ dniefel u balieni fil-Gżejjer Faroe qajjem kontroversja wara li ġie żvelat fil-midja li aktar minn 1,400 denfil u balena nqatlu fl-avveniment ta’ din is-sena.

Din it-tradizzjoni ilha għaddejja għal aktar minn 400 sena fuq fil-Gżejjer żgħar tal-Atlantiku tat-Tramuntana li jappartjenu lid-Danimarka, iżda din is-sena n-numru ta’ annimali li nqatlu kien ikbar mis-snin li għaddew.

Il-qtil ikun irregolat mil-liġijiet lokali. L-annimali jiġu mqattgħin b’sikkina u l-laħam tagħhom jitqassam lill-komunità.

Normalment jinqatlu sa 1,000 mammiferu tal-baħar kull sena. Is-sena l-oħra, inqatlu 35 denfil.

Diversi persuni li normalment ikunu involuti fit-tradizzjoni, iddiżassoċjaw ruħhom mill-qtil ta’ din is-sena.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks