“Qed jgħidu li mfittex mill-pulizija meta fil-verità mhuwiex. Għaliex?” – Peppi

Aktar kmieni llum, fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu, Peppi Azzopardi rrakkonta storja li ġrat ilbieraħ u li fiha hemm involut Toni Borg, l-eks ħabsi li ftit ġranet ilu għamel intervista ma’ The Times, u li kien fl-istess ċella ma’ Colin, li għamel suwiċidju.

Peppi jirrakkonta kif waqt li kien qed jipprepara biex imur tieġ, Toni bagħtlu biex iċempillu urġenti. Waqt it-telefonata, Toni qallu li ħarġet l-aħbar li hu kien imfittex mill-pulizija għax naqas milli jiffirma l-għassa.

Kompla jgħid li kemm hu, kif ukoll Toni u l-avukat tiegħu, ivverifikaw anki mal-ispettur, li mhuwiex minnu li Toni huwa mfittex mill-pulizija.

Minkejja dan, Peppi qal li s-sit elettroniku tal-aħbarijiet, li ppubblika din l-aħbar baqa’ u għadu jinsisti li għandu l-informazzjoni li Toni kien verament imfittex mill-pulizija.

Skont Peppi dan kollu li għaddej huwa biss konfoffa minħabba dak li Toni qal dwar li għaddej fil-ħabs u t-tmexxija tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks