Għandek bżonn (kemm toħroġ porzjonijiet jiddependi mir-reċipjent li se sservi fihom):
Bott (410g) ħalib magħqud (condensed)
250g irkotta
Fergħa waħda taż-żafran, jew kuċċarina trab taż-żafran
Mgħarfa ħalib sħun
Għat-tiżjin:
Lewż imfarrak
Biċċiet taċ-ċikkulata
Metodu:
- Ġo kikkra ħallat iż-żafran mal-ħalib sħun sakemm idub. Ħallih jibred sew.
- Ġo skutella kbira ħawwad flimkien, il-ħalib magħqud, l-irkotta u it-taħlita tal-ħalib u ż-żafran.
- Għatti l-iskutella fil-clingfilm u poġġiha fil-friġġ għal bejn siegħa u sagħtejn.
- Meta tkun lesta biex isservi id-deżerta, aqsam it-taħlita fr-reċipjenti żgħar u żejjen bil-lewż u biċċiet taċ-cikkulata.
Varjazzjoni: Biex tagħmel Rabdi taċ-ċikkulata, ħallat mgħarfa kawkaw mal-ħalib magħqud.
L-ikla t-tajba!
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar din ir-riċetta u oħrajn, ibgħatilna fuq info@skoperta.net
Ikkumenta

Kontributriċi